Page 138 - MT MICROHUB Handbook
P. 138

Barra  minn  hekk,  l-involviment  fi  djalogu  mal-fornituri  u  l-klijenti

             jista’ jkollu wkoll effett ta’ benefiċċju u estensiv. Ħafna drabi jekk in-

             nies ikunu konxji ta’ oħrajn li jagħmlu għażliet aħjar — u kif jistgħu

             jagħmlu  wkoll  għażliet  simili  permezz  tal-informazzjoni  u  l-

             edukazzjoni — dan jispirahom biex jagħmlu l-istess. Direttorju tas-

             sengħa  jew  artiġjan  jew  inizjattiva  ta’  grupp  jista’  jitwaqqaf  biex

             jgħallem u jinfurmahom kif ikunu aktar ekoloġiċi sabiex il-pubbliku

             jkun  jaf  min  qed  jagħmel  il-parti  tiegħu  u  kif.  Huma  jistgħu

             jirreġistraw ukoll il-fornituri attwali tagħhom, filwaqt li jinnotaw dak

             li  qed  iħallsu  u  jużaw  bħalissa  u  l-ammont  ta’  materjal/stokk  li

             jordnaw fuq bażi annwali.


             F’xi pajjiżi hemm l-għażla ta’ finanzjament mill-gvern għal sidien

             ta’  negozji  żgħar  biex  japplikaw  għal  għotjiet  speċjali  jew  self

             biex  jgħinu  fit-tranżizzjoni  lejn  operazzjoni  aktar  ekoloġika.  Ta’

             min  joqgħod  attent  għal  dan  peress  li  jista’  jintefaq  fuq

             kwalunkwe numru ta’ għażliet sostenibbli jew favur l-ambjent.




































       137
   133   134   135   136   137   138   139   140   141   142   143